Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0406

    Kawża C-406/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà — Artikoli 5 u 27 — Direttiva 2000/78/KE. — Artikolu 7 — Protezzjoni msaħħa f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà — Assenza ta’ tali protezzjoni għal uffiċjali b’diżabbiltà — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol

    (Kawża C-406/15) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà - Artikoli 5 u 27 - Direttiva 2000/78/KE. - Artikolu 7 - Protezzjoni msaħħa f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà - Assenza ta’ tali protezzjoni għal uffiċjali b’diżabbiltà - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

    (2017/C 144/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven administrativen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Petya Milkova

    Konvenut: Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009, u flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lill-impjegati li jsofru minn ċerti tipi ta’ diżabbiltà protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija, mingħajr, għaldaqstant, ma tagħti din il-protezzjoni lill-uffiċjali li jsofru mill-istess tipi ta’ diżabbiltajiet, sakemm ma jiġix stabbilit li jkun inkiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. It-tqabbil tas-sitwazzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq analiżi ffokata fuq l-assjem ta’ regoli tad-dritt nazzjonali rilevanti li jirregola l-pożizzjonijiet, minn naħa, tal-ħaddiema impjegati li jsofru minn diżabbiltà partikolari, minn naħa, u dawk tal-uffiċjali li jsofru mill-istess diżabbiltà, min-naħa l-oħra, inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-għan tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    2)

    Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2000/78, moqri fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ osservanza tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jipproteġu l-impjegati li jsofru minn tip ta’ diżabbiltà partikolari għandu jiġi estiż, sabiex dawn ir-regoli protettivi jibbenefikaw ukoll lill-uffiċjali li jsofru mill-istess tip ta’ diżabbiltà.


    (1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


    Top