Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0356

    Kawża C-356/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 11 u 12 kif ukoll l-Artikolu 76(6) — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 5 — Kollokament ta’ ħaddiem — Affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali — Ġlieda kontra l-frodi — Ċertifikat A1 — Rifjut ta’ rikonoxximent mill-Istat Membru tal-eżerċizzju tal-attività professjonali f’każ ta’ frodi jew ta’ abbuż)

    ĠU C 319, 10.9.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-356/15) (1)

    ((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 11 u 12 kif ukoll l-Artikolu 76(6) - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 5 - Kollokament ta’ ħaddiem - Affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali - Ġlieda kontra l-frodi - Ċertifikat A1 - Rifjut ta’ rikonoxximent mill-Istat Membru tal-eżerċizzju tal-attività professjonali f’każ ta’ frodi jew ta’ abbuż))

    (2018/C 319/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Paepe, avukat)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn C. Toland, BL)

    Dispożittiv

    1)

    Billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-liġi-programm, tas-27 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1) kif ukoll l-Artikolu 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 465/2012, tat-22 ta’ Mejju 2012, kif ukoll skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 302, 14.09.2015.


    Top