EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0262

Kawża C-262/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof - l-Awstrija) – GD European Land Systems – Steyr GmbH vs Zollamt Eisenstadt Flughafen Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni ta’ merkanzija — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 8710 u subintestatura 9305 91 00 — Nota 3 tat-Taqsima XVII u Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 93 — Tankijiet u vetturi korazzati tal-ġlied — Armi tal-gwerra — Klassifikazzjoni ta’ sistema ta’ turretta)

ĠU C 260, 18.7.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof - l-Awstrija) – GD European Land Systems – Steyr GmbH vs Zollamt Eisenstadt Flughafen Wien

(Kawża C-262/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni ta’ merkanzija - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 8710 u subintestatura 9305 91 00 - Nota 3 tat-Taqsima XVII u Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 93 - Tankijiet u vetturi korazzati tal-ġlied - Armi tal-gwerra - Klassifikazzjoni ta’ sistema ta’ turretta))

(2016/C 260/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GD European Land Systems – Steyr GmbH

Konvenut: Zollamt Eisenstadt Flughafen Wien

Dispożittiv

In-nomenklatura magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li sistema ta’ turretta, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġiet importata għall-produzzjoni ta’ tankijiet tal-ġlied u, sussegwentement, tkun fil-fatt intużat għal dan l-iskop, taqa’ taħt l-intestatura 8710 ta’ din in-nomenklatura magħquda jekk tkun “prinċipalment” intiża għal tank tal-ġlied, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi u għall-proprjetajiet oġġettivi ta’ din is-sistema ta’ turretta, mingħajr ma l-użu finali tagħha fil-każ ineżami jkun determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħha. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija sistema ta’ turretta, bħala parti jew aċċessorju ta’ “armi ta’ gwerra”, għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 9305 9100 tal-imsemmija nomenklatura magħquda.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015


Top