This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0117
Case C-117/15: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 31 May 2016 (request for a preliminary ruling from the Landgericht Köln — Germany) — Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH v Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA) (Reference for a preliminary ruling — Intellectual property — Copyright and related rights — Directive 2001/29/EC — Article 3(1) — Directive 2006/115/EC — Article 8(2) — Concept of ‘communication to the public’ — Installation of television sets by the operator of a rehabilitation centre making it possible for patients to watch television programmes)
Kawża C-117/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3(1) — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 8(2) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi)
Kawża C-117/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3(1) — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 8(2) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi)
ĠU C 287, 8.8.2016, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)
(Kawża C-117/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi))
(2016/C 287/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH
Konvenuta: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)
Fil-preżenza ta’: Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL)
Dispożittiv
F’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha huwa allegat li x-xandir ta’ programmi televiżivi permezz ta’ settijiet ta’ televiżjoni li l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni installa fil-bini tiegħu jaffettwa d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet protetti ta’ numru kbir ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari ta’ kompożituri, awturi ta’ testi mużikali u edituri ta’ mużika, kif ukoll artisti li jinterpretaw jew idoqqu mużika, produtturi ta’ fonogrammi u awturi ta’ testi kif ukoll l-edituri tagħhom, jeħtieġ li jiġi evalwat jekk sitwazzjoni bħal din tikkostitwixxix “komunikazzjoni lill-pubbliku”, kemm fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u skont l-istess kriterji ta’ interpretazzjoni. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali xandir jikkostitwixxi att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”.