EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0064
Case C-64/15: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 28 January 2016 (request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof — Germany) — BP Europa SE v Hauptzollamt Hamburg-Stadt (Reference for a preliminary ruling — Taxation — General arrangements for excise duty — Directive 2008/118/EC — Occurrence of an irregularity during a movement of excise goods — Movement of goods under a duty suspension arrangement — Goods missing on delivery — Levying of excise duty in the absence of proof of destruction or loss of the goods)
Kawża C-64/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa — Direttiva 2008/118/KE — Irregolarità mwettqa matul il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Moviment ta’ prodotti suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju — Prodotti li jonqsu fil-mument tal-konsenja — Ġbir tad-dazju tas-sisa, fl-assenza ta’ prova tal-qerda jew it-telf tal-prodotti

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt
(Kawża C-64/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Irregolarità mwettqa matul il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Moviment ta’ prodotti suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju - Prodotti li jonqsu fil-mument tal-konsenja - Ġbir tad-dazju tas-sisa, fl-assenza ta’ prova tal-qerda jew it-telf tal-prodotti)
(2016/C 106/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BP Europa SE
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-moviment tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju jintemm, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fil-mument fejn id-destinatarju ta’ dawn il-prodotti jkun ikkonstata, fi tmiem il-ħatt sħiħ tal-mezz ta’ trasport li jkun fih il-prodotti inkwistjoni, li l-kwantitajiet ta’ dawn il-prodotti huma nieqsa meta mqabbla ma’ dawk li kellhom jiġu kkonsenjati lilu. |
2) |
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 7(2)(a) u 10(2) tad-Direttiva 2008/118 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
3) |
L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax biss fil-każijiet fejn tkun biss parti mill-kwantitajiet ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li ma tkunx waslet fid-destinazzjoni tagħha? |