Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0044

    Kawża C-44/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 9025 — Kunċett ta’ “termometru” — Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG

    (Kawża C-44/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 9025 - Kunċett ta’ “termometru” - Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss))

    (2016/C 038/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hauptzollamt Frankfurt am Main

    Konvenuta: Duval GmbH & Co. KG

    Dispożittiv

    L-intestatura 9025 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi indikaturi tat-temperatura ambjentali magħmula mill-karta, f’ċerti każijiet miksija b’film tal-plastik, li, bħall-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jindikaw, permezz ta’ bidla fil-kulur, b’mod irreversibbli u mingħajr il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid sussegwenti, jekk tkun intlaħqet temperatura limitu waħda jew iktar.


    (1)  ĠU C 127, 20.4.2015


    Top