This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0809
Case T-809/14: Action brought on 12 December 2014 — Italy v Commission
Kawża T-809/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-809/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 46, 9.2.2015, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/59 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-809/14)
(2015/C 046/77)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla n-nota tat-2 ta’ Ottubru 2014 HR.A2 mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea lid-Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Taljana. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-imsemmija nota, li ntbagħtet wara l-Avviż għal pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċ entru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (il-Lussemburgu) (COM/2014/10356), li preċedentement ġie kkontestat permezz tar-rikors T-636/14, u li tieħu pożizzjoni dwar l-allegata diverġenza eżistenti bejn l-avviż inkwistjoni u l-formola fis-sit internet li fih jistgħu jiġu ddepożitati l-kandidaturi rispettivi, li tillimita l-lingwi disponibbli f’dan ir-rigward għall-Franċiż, għall-Ingliż u għall-Ġermaniż.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 18 u 24(4) TFUE; 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; 1 u 2, tar-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea; 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li l-Avviż, permezz ta’ riferiment għas-sit internet tal-Kummissjoni, li kien jinkludi tali preċiżazzjoni vinkolanti, impona lill-kandidati sabiex jippreżentaw il-curriculum vitae u l-ittra ta’ motivazzjoni bilfors bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, minflok bi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Unjoni. Sabiex tirrimedja għal dawn in-nuqqasijiet, il-Kummissjoni missha, skont ir-rikorrenti, immodifikat is-sit internet u estendiet it-termini għall-preżentazzjoni tal-kandidaturi. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) TUE), talli waqt il-proċedura ta’ adozzjoni tal-Avviż il-Kummissjoni żgurat formalment numru ta’ drabi lill-Gvern Taljan li l-imsemmija diskriminazzjoni lingwistika kellha titneħħa, u talli adottat, minflok, aġir oppost meta rrediġiet l-Avviż u meta fasslet ir-regoli ta’ funzjonament tas-sit internet li għalih jagħmel riferiment l-Avviż sabiex tiġi ppreżentata l-kandidatura. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni, inkwantu d-deċiżjoni jmissha ġiet adottata mill-Kummissjoni permezz tal-President jew il-Kummissarju kompetenti, u mhux mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani. li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea |