This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0697
Case T-697/14: Action brought on 29 September 2014 — MIP Metro v OHIM — Associated Newspapers (METRO)
Kawża T-697/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)
Kawża T-697/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)
ĠU C 409, 17.11.2014, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/59 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)
(Kawża T-697/14)
2014/C 409/80
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associated Newspapers Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 606/2013-5, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Marzu 2013 dwar l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79 116“METRO”, u tibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-eżami u deċiżjoni mill-ġdid; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali METRO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79 116
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali verbali “METRO”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ intbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94