Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0640

    Kawża T-640/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Awwissu 2014 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/50


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    (Kawża T-640/14)

    2014/C 409/71

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Carsten René Beul (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Pott u T. Eckhold, avukati)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka essenzjalment il-motivi li ġejjin.

    Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jilmenta li r-Regolament (UE) Nru 537/2014 (1) ma huwa kopert minn ebda bażi legali.

    Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 537/2014 jikkostitwixxu interferenza illeġittima, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) UE moqri flimkien mal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għal-libertà professjonali ggarantita. Ir-rikorrent isostni li, partikolarment minħabba nuqqas ta’ proporzjonalità, l-interferenza għal-libertà professjonali ma hijiex iġġustifikata. Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.


    (1)  Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, p. 77)


    Top