This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0624
Case T-624/14: Action brought on 12 August 2014 — Bice International v OHIM — Bice (bice)
Kawża T-624/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)
Kawża T-624/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)
ĠU C 351, 6.10.2014, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/28 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)
(Kawża T-624/14)
2014/C 351/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bice International Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: N. Gibb, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bice AG (Baar, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 1249/2013-1. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “bice” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 1 26 693
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ġie allegat li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippreżentata b’mala fede, fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja