Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0622

    Kawża T-622/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/26


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)

    (Kawża T-622/14)

    2014/C 351/34

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IC Companys A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1935/2013-2.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IWEAR” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 29  806

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti “INWEAR” irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 2 1 68  284

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top