EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62014TN0573

Kawża T-573/14: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Lulju 2014 – Polyelectrolyte Producers Group u SNF vs Il-Kummissjoni

ĠU C 409, 17.11.2014, s. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/45


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Polyelectrolyte Producers Group u SNF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-573/14)

2014/C 409/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group (Brussell, il-Belġju) u SNF SAS (Andrézieux Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: R. Cana u A. Patsa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat minħabba li jistabbilixxi limitu ta’ konċentrazzjoni fiss ta’ 100 ppm għall-monomeri residwi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE, tat-2 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE (2) sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet limitu ta’ konċentrazzjoni fiss ta’ 100 ppm għall-monomeri residwi taħt it-Taqsima (e) tal-Kriterju 1(B)(B3) tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti jsostnu li r-rekwiżiti stabbiliti fl-imsemmija taqsima:

jiksru l-Artikolu 6(3) ta’, u l-Anness I tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li dawn ma humiex iddeterminati fuq bażi xjentifika;

jiksru l-Artikolu 6(1) ta’, u l-Anness I tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li dawn ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-iktar għanijiet strateġiċi tal-UE riċenti fil-qasam tal-ambjent;

jiksru l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li l-fattibbiltà tagħhom ma ġietx ikkunsidrata mill-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità peress li d-deċiżjoni kkontestata:

ma fiha ebda indikazzjoni jew spjegazzjoni dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima (e) tal-Kriterju 1(B)(B3);

tittratta sew sitwazzjonijiet differenti bl-istess mod u kif ukoll tittratta l-istess sitwazzjonijiet b’mod differenti mingħajr ma tali diskriminazzjoni tkun ġustifikata b’mod oġġettiv;

ma hijiex neċessarja għall-kisba tal-għanijiet imfittxija u jeżistu miżuri inqas onerużi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba tal-Kummissjoni peress li hija ma eżaminatx bir-reqqa u b’mod imparzjali l-fatturi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta adottat id-deċiżjoni kkontestata.


(1)  ĠU 2014 L 135, p. 24. Notifikata bid-dokument C(2014) 2774.

(2)  Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, p. 1).


Upp