Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0558

    Kawża T-558/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/17


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)

    (Kawża T-558/14)

    2014/C 351/21

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Research Engineering & Manufacturing, Inc. (Middletown, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nedschroef Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Mejju 2014, mogħtija fil-Każ R 442/2013-4;

    tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 68  566

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c)

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top