Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0554

Kawża T-554/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – J.M.-E.V. e hijos (MESSI)

ĠU C 339, 29.9.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/24


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – J.M.-E.V. e hijos (MESSI)

(Kawża T-554/14)

2014/C 339/29

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avuakti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: J.M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ April 2014, fil-Każ R 1553/2013-1, sa fejn billi tiċħad l-appell tar-rikorrent din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li tilqa l-oppożizzjoni B 1 9 38  458 u li tiċħad parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 81  154“MESSI” (figurattiva);

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu r-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “MESSI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 81  154

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarji “MASSI” għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top