This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0533
Case T-533/14 P: Appeal brought on 16 July 2014 by Desislava Kolarova against the order of the Civil Service Tribunal of 30 April 2014 in Case F-88/13, Kolarova v REA
Kawża T-533/14 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA
Kawża T-533/14 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA
ĠU C 351, 6.10.2014, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/13 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA
(Kawża T-533/14 P)
2014/C 351/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Desislava Kolarova vs REA, li għandu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li biha hija miċħuda t-talba tal-appellanti tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommha, Anna Borisova PETROVA, ma’ wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013; |
— |
tiddikjara ammissibbli r-rikors tas-17 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti magħmula fl-ewwel istanza; |
— |
konsegwentement, tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-REA u/jew lill-Kummissjoni għal ħlas tagħhom. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt u fuq limitazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) qies, bi żball, li kellu informazzjoni suffiċjenti mid-dokumenti prodotti mill-partijiet u konsegwentement ikkunsidra bi żball li ma kienx hemm lok li tinfetaħ proċedura orali. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ dritt, sa fejn it-TSP ikkunsidra bi żball li l-argument tal-appellanti fis-sens li ftehim bħall-ftehim ta’ servizz “ma jneħħix ir-responsabbiltà tal-persuna li tiddelega”, ma jieħux manifestament inkunsiderazzjoni il-kliem tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-appellanti għal aċċess effettiv għal tribunal. |