Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0766

    Kawża T-766/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali FoodSafe — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/55


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe)

    (Kawża T-766/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FoodSafe - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

    (2016/C 038/73)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heidelberger Druckmaschinen AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Lins, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2440/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Heidelberger Druckmaschinen AG u Actega Terra GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Actega Terra GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


    Top