This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0694
Case T-694/14: Order of the General Court of 23 November 2015 — EREF v Commission (Action for annulment — Guidelines on State aid for environmental protection and energy 2014-2020 — Association — Members not directly concerned — Inadmissibility)
Kawża T-694/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – EREF vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà”)
Kawża T-694/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – EREF vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà”)
ĠU C 38, 1.2.2016, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/55 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – EREF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-694/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri - Inammissibbiltà”))
(2016/C 038/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Renewable Energies Federation (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: U. Prall, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Herrmann u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2014, intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (ĠU C 200 p. 1), fir-rigward tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna favur l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
European Renewable Energies Federation (EREF) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |