Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0513

    Kawża T-513/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – GreenPack vs UASI (greenpack) (“Trade mark Komunitarja — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/54


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – GreenPack vs UASI (greenpack)

    (Kawża T-513/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2016/C 038/71)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: GreenPack GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minnt P. Ruess u A. Doepner-Thiele, sussegwentement minn C. Glasemann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u D. Botis, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ipprenżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2014 (Kaz R 2324/2013-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali greenpack bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    GreenPack GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


    Top