Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0499

    Kawża T-499/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni (“Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Kriterji ta’ definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-politiki tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni — Irtirar tad-deċiżjoni — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 221, 6.7.2015, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-499/14) (1)

    ((“Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Kriterji ta’ definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-politiki tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni - Irtirar tad-deċiżjoni - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2015/C 221/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju)(rappreżentanti: M. Wellinger u K. T’Syen, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Clausen, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tiġi kklassifikata bħala impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/CE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36).

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation - Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico - Its Europe).


    (1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


    Top