Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0409

    Kawża T-409/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea (“Rikors għad-danni — Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 287, 8.8.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-409/14) (1)

    ((“Rikors għad-danni - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2016/C 287/27)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrapreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-tul tal-proċedura fil-Kawżi T-236/02, C-59/06 P u C-617/11 P.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li tat lok għad-digriet tad-9 ta’ Jannar 2015, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea (T-409/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:18).

    3)

    Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kumplament.


    (1)  ĠU C 245, 28.7.2014


    Top