EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0275
Case T-275/14: Order of the General Court of 9 June 2015 — Drahtwerk St. Ingbert and Others v Commission (State aid — Measures adopted by Germany in favour of electricity generated from renewable energy sources and of energy-intensive undertakings — Decision to open the procedure under Article 108(2) TFEU — Adoption of the final decision after the action was brought — No need to adjudicate)
Kawża T-275/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Drahtwerk St. Ingbert et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-275/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Drahtwerk St. Ingbert et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 294, 7.9.2015, p. 63–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/63 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Drahtwerk St. Ingbert et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-275/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 294/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Drahtwerk St. Ingbert GmbH (Sankt Ingbert, il-Ġermanja); DWK Drahtwerk Köln GmbH (Köln, il-Ġermanja); Kalksteingrube Auersmacher GmbH (Völklingen, il-Ġermanja); Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Stahlguss Saar GmbH (Sankt Ingbert); u Zentralkokerei Saar GmbH (Dillingen) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami. |
2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. |
3) |
Drahtwerk St. lngbert GmbH, DWK Drahtwerk Köln GmbH, Kalksteingrube Auersmacher GmbH, Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH, Stahlguss Saar GmbH u Zentralkokerei Saar GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |