EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0722

Kawża T-722/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – PRIMA vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji tal-għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunċett ta’ vantaġġi marbuta mal-offerta milqugħa — Trasparenza”)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – PRIMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-722/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ vantaġġi marbuta mal-offerta milqugħa - Trasparenza”))

(2016/C 106/37)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: Y. Ruskov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo, P. Mihaylova u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti PO/2013-13/SOF, li għandha bħala suġġett l-appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, fit-tieni lok, tad-“deċiżjonijiet sussegwenti”, fosthom dik tat-12 ta’ Settembru 2014 li jiġi konkluż il-kuntratt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


Top