EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0690

Kawża T-690/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva Vieta — Użu ġenwin mit-trade mark — Natura tal-użu — Artikoli 15(1) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li tiddifferixxi permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati”)

ĠU C 38, 1.2.2016, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)

(Kawża T-690/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva Vieta - Użu ġenwin mit-trade mark - Natura tal-użu - Artikoli 15(1) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li tiddifferixxi permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati”))

(2016/C 038/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa, SL

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013-2), hija annullata sa fejn din ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiġi miċħuda t-talba għar-revoka tat-trade mark Komunitarja figurattiva Vieta għall-“apparat għar-riproduzzjoni ta’ ħsejjes u ta’ stampi”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


Top