Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0662

Kawża T-662/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni [“Politika Agrikola Komuni — Pagamenti diretti — Kriterji ulterjuri għal ċerti tipi ta’ żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika mħawlin bi msaġar b’newba qasira — Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 — Artikolu 46(9)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 — Abbuż ta’ poter — Ċertezza legali — Nondiskriminazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Dritt għall-proprjetà — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 251, 11.7.2016, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-662/14) (1)

([“Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Kriterji ulterjuri għal ċerti tipi ta’ żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika mħawlin bi msaġar b’newba qasira - Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 - Artikolu 46(9)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Abbuż ta’ poter - Ċertezza legali - Nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 251/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg, A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-parti mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 45(8) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X tal-imsemmi Regolament (ĠU 2014, L 181, p. 1), li tipprovdi: “billi jagħżlu mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ispeċijiet li huma l-aktar xierqa minn perspettiva ekoloġika, b’hekk jeskludu speċijiet li mhumiex indiġeni b’mod ċar”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


Top