This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0644
Case T-644/14: Judgment of the General Court of 20 July 2017 — ADR Center v Commission (Financial aid — General Programme ‘Fundamental Rights and Justice’ for the period 2007-2013 — Specific Programme ‘Civil Justice’ — Action for annulment — Enforceable decision — Article 299 TFEU — Powers of the author of the act — Principle of sound administration — Application for an order directing the Commission to pay the balance due under the grant agreements — Partial reclassification of the action — Arbitration clause — Jurisdiction of the General Court — Eligible costs)
Kawża T-644/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna finanzjarja — Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 — Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ — Rikors għal annullament — Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv — Artikolu 299 TFUE — Kompetenza tal-awtur tal-att — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Spejjeż eliġibbli”)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – ADR Center vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-644/14) (1)
((“Għajnuna finanzjarja - Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 - Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ - Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet li jagħtu titolu eżekuttiv - Artikolu 299 TFUE - Kompetenza tal-awtur tal-att - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Talba intiża li tordna lill-Kummissjoni il-pagament tal-bilanċ li kien dovut skont il-ftehimiet ta’ għotja - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż eliġibbli”))
(2017/C 293/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ADR Center SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment L. Tantalo, sussegwentement A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Estrada de Solà u L. Cappelletti, sussegwentement J. Estrada de Solà u S. Delaude, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4485 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2014, dwar l-irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tat-tliet ftehimiet ta’ għotja konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja ċivili”, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikseb il-kundanna tal-Kummissjoni biex tħallasha l-bilanċ li kien dovut skont tliet ftehimiet ta’ għotja ta’ ammont ta’ EUR 49 172,52 kif ukoll tad-danni,
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ADR Center SpA għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż ta’ din l-istituzzjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, u n-nofs tal-ispejjeż tagħha stess, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn ADR Center, inkluż nofs l-ispejjeż ta’ din tal-aħħar relatati mal- proċeduri għal miżuri provviżorji. |