Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0528

    Kawża T-528/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Information Resources vs UASI (Growth Delivered) (“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Growth Delivered — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Information Resources vs UASI (Growth Delivered)

    (Kawża T-528/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Growth Delivered - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2016/C 027/60)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Information Resources, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schulte, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1777/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Growth Delivered bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Information Resources, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


    Top