EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0247

Kawża T-247/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (STICK MiniMINI Beretta) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva STICK MiniMINI Beretta — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MINI WINI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (STICK MiniMINI Beretta)

(Kawża T-247/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva STICK MiniMINI Beretta - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MINI WINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”))

(2016/C 106/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salumificio Fratelli Beretta SpA (Barzanò, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghisletti, F. Braga u P. Pozzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Salumificio Fratelli Beretta SpA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4) hija annullata sa fejn tiċħad it-talbiet ta’ Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG intiżi għall-bdil tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni dwar is-servizzi fil-klassi 43.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Salumificio Fratelli Beretta SpA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


Top