Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0124

    Kawża T-124/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2015 – Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni (“FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Żvilupp rurali — Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba — Eliġibbiltà tal-infiq magħmul għax-xiri ta’ materjal u ta’ tagħmir użat — Sistema derogatorja għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006”)

    ĠU C 38, 1.2.2016, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2015 – Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-124/14) (1)

    ((“FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Żvilupp rurali - Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba - Eliġibbiltà tal-infiq magħmul għax-xiri ta’ materjal u ta’ tagħmir użat - Sistema derogatorja għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006”))

    (2016/C 038/63)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Aalto, J. Aquilina, P. Rossi u T. Sevón, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827,58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827,58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


    Top