Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0107

    Kawża T-107/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni [“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u Faeżr — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Reġim ta’ drittijiet għall-pagament uniku — Riżerva naturali — Kriterji ta’ attribuzzjoni — Riskju għall-Fondi — Kundizzjonalità”]

    ĠU C 16, 18.1.2016, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-107/14) (1)

    ([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u Faeżr - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Reġim ta’ drittijiet għall-pagament uniku - Riżerva naturali - Kriterji ta’ attribuzzjoni - Riskju għall-Fondi - Kundizzjonalità”])

    (2016/C 016/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, sussegwentement M. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Triantafyllou, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Faeżr) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn tirrigwarda lir-Repubblika Ellenika.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa magħmula mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Faeżr), hija annullata sa fejn hija timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni b’rata fissa fir-rigward tal-għoti tad-drittijiet tar-riżerva nazzjonali u sa fejn il-Kummissjoni Ewropea applikat għar-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja għas-sena 2008 fil-qasam tal-kundizzjonalità.

    2)

    Il kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


    Top