Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0066

Kawża T-66/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2016 – Bredenkamp et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe — Iffriżar ta’ fondi — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

ĠU C 326, 5.9.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2016 – Bredenkamp et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-66/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Iffriżar ta’ fondi - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 326/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Arnold Bredenkamp (Ħarare, iż-Żimbabwe), Echo Delta (Holdings) PCC Ltd (Castletown, il-Gżira ta’ Man), Scottlee Holdings (Private) Ltd (Harare), Fodya (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: P. Moser, QC, u G. Martin, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u E. Dumitriu Segnana, aġenti), u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li rikorrenti allegatament sofrew minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU 2009, L 23, p. 5), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2010, tal-25 ta’ Frar 2010, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU 2010, L 51, p. 13), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011, tat-23 ta’ Frar 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU 2011, L 49, p. 23).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

John Arnold Bredenkamp, Echo Delta (Holdings) PCC Ltd, Scottlee Holdings (Private), Ltd u Fodya (Private) Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


Top