This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FN0096
Case F-96/14: Action brought on 17 September 2014 — ZZ and ZZ v Commission
Kawża F-96/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembtu 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-96/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembtu 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 7, 12.1.2015, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/49 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembtu 2014 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/14)
(2015/C 007/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J. Lombaert u A. Surny, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deksrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li tirrevedi retroattivament il-pensjonijiet tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti u li tordna l-irkupru tas-somom eċċessivi li tħallsu indebitament.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-PMO tat-22 ta’ Novembru 2013; |
|
— |
jiddeċiedi li s-somma indebitament allokata lir-rikorrenti ma tistax tkun suġġetta għal irkupru; |
|
— |
jiddeċiedi li d-deċiżjoni kkontestata, tidħol fis-seħħ biss mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara, jiġifieri l-1 ta’ Diċembru 2013 rigward l-emenda tal-ammont ta’ pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni mogħtija lir-rikorrenti. |