EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0120

Kawża F-120/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Curdt-Christiansen vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Spejjeż ta’ vjaġġ annwali — Artikolu 7(3) u Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Stabbiliment tal-post tal-oriġini u taċ-ċentru tal-interessi — Talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini — Kunċett ta’ ċentru tal-interessi — Tibdil tar-residenza ta’ membru tal-familja — Terminu li ġie fi tmiemu bejn it-tibdil taċ-ċentru tal-interessi u t-talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini — Natura eċċezzjonali tar-reviżjoni)

ĠU C 262, 10.8.2015, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Curdt-Christiansen vs Il-Parlament

(Kawża F-120/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Spejjeż ta’ vjaġġ annwali - Artikolu 7(3) u Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Stabbiliment tal-post tal-oriġini u taċ-ċentru tal-interessi - Talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini - Kunċett ta’ ċentru tal-interessi - Tibdil tar-residenza ta’ membru tal-familja - Terminu li ġie fi tmiemu bejn it-tibdil taċ-ċentru tal-interessi u t-talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini - Natura eċċezzjonali tar-reviżjoni))

(2015/C 262/53)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Caspar Curdt-Christiansen (Perl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u N. Chemaï, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jbiddel il-post tal-oriġini tiegħu għal Larnaca (Ċipru) u ċ-ċentru tal-interessi tiegħu għal Singapor, minflok Montréal (il-Kanada), wara t-trasferiment tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. Curdt-Christiansen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015, p. 57.


Top