EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0610

Kawża C-610/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fid- 29 ta’ Settembru 2014 – Helena Kolcunová vs Provident Financial s.r.o.

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill–Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fid-29 ta’ Settembru 2014 – Helena Kolcunová vs Provident Financial s.r.o.

(Kawża C-610/14)

(2015/C 118/17)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helena Kolcunová

Konvenuta: Provident Financial s.r.o.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar 'il quddiem id-“Direttiva 93/13”) għandha tiġi interpretata fis-sens li s-servizz ta’ garanzija tar-rimbors ta’ kreditu lill-konsumatur, li jikkonsisti f’li jiġu rċevuti, fi flus kontanti, ħlasijiet fix-xahar dovuti mill-konsumatur, jikkostitwixxi l-għan prinċipali tas-servizz fil-kuntest ta’ kreditu lill-konsumatur, jew l-għan prinċipali tas-servizz fil-kuntest ta’ kuntratt speċifiku?

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/102//KEE (2), tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, kif emendata bid-Direttiva 98/7/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rata perċentwali annwali tinkludi wkoll ir-remunerazzjoni għall-ġbir, fi flus kontanti, tal-ħlasijiet fix-xahar tas-self jew ta’ parti tas-self, ladarba r-remunerazzjoni hija sostanzjalment ogħla mill-ispiża neċessarja għal dan is-servizz aċċessorju; l-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li hemm evitar tar-regoli relatati mar-rata perċentwali annwali meta r-remunerazzjoni tas-servizz addizzjonali tkun sostanzjalment ogħla mill-ispiża tal-imsemmi servizz u li r-remunerazzjoni ma tkunx inkluża fir-rata perċentwali annwali?

3)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa suffiċjenti, sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ trasparenza relatata mas-servizz aċċessorju (jekk ikun ikkonċernat servizz aċċessorju u mhux il-prezz jew ir-remunerazzjoni tal-kreditu stress) li għalih jitħallsu spejjeż amministrattivi, li l-prezz ta’ dan is-servizz amministrattiv (l-ispejjeż amministrattivi) jiġi indikat f’termini ċari u li jinftiehmu, anki jekk l-għan tal-imsemmi servizz ma huwiex iddefinit?

4)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi fatt li l-ispejjeż amministrattivi jkunu inklużi fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali jindika li jkun ikkonċernat il-prezz jew ir-remunerazzjoni tal-kreditu u li dan jipprekludi stħarriġ ġudizzjarju fuq l-imsemmija spejjeż għall-finijiet ta’ din id-direttiva?

5)

Jekk ir-risposta għad-domanda li saret fil-punt 3 hija li l-għan tas-servizz amministrattiv li għalih jitħallsu l-ispejjeż amministrattivi huwa trasparenti biżżejjed, għaldaqstant għandu jitqies li s-servizz amministrattiv, li jinkludi l-kompiti u l-passi amministrattivi kollha li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, jikkostitwixxi l-għan prinċipali tal-kreditu lill-konsumatur?

6)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-imsemmija direttiva, ir-remunerazzjoni jew il-prezz tal-kreditu jinkludi mhux biss l-interessi, iżda wkoll l-ispejjeż tal-kreditur (kemm jekk imsemmija fil-kuntratt, fil-kundizzjonijiet ġenerali jew fl-iskala tat-tariffi) u li, konsegwentement, dawn l-ispejjeż bħala remunerazzjoni jew prezz eventwali ma jistgħux ikunu mistħarrġa mill-perspettiva tal-adegwatezza tagħhom għas-servizz ipprovdut bħala korrispettiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 36.


Top