This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0600
Case C-600/14: Action brought on 22 December 2014 — Federal Republic of Germany v Council of the European Union
Kawża C-600/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-600/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 73, 2.3.2015, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/17 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-600/14)
(2015/C 073/24)
Lingwa tal-kawża: il-Germaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/699/UE, tal-24 ta’ Ġunju 2014, sa fejn tirreferi għall-emenda tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF-Konvenzjoni bażika) u tal-Appendiċijiet B (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali ta’ Prodotti bil-Ferrovija – CIM), D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUV) u E (Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Użu tal-Infrastruttura fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali – CUI) tagħha (Artikolu 1 tad-Deċiżjoni moqri flimkien man-Nru 3, punti 4 [sa fejn jikkonċerna l-Artikolu 12 tal-COTIF-Konvenzjoni bażika], 5, 7 u 12 tal-anness), u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
Skont il-Gvern Ġermaniż, l-Artikoli 91 u 218(9) TFEU ma jagħtux kompetenza lill-Unjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF. Għalhekk, permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ attribuzzjoni skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE. |
2. |
Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li ma jirriżultax b’mod ċar minn din id-deċiżjoni għalfejn l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza sabiex tistabbilixxi pożizzjoni komuni li tikkonċerna r-regoli kollha li kienu s-suġġett ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni. |
3. |
Minbarra dan, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, billi adotta l-att ikkontestat jum biss qabel il-bidu tal-25 laqgħa tal-OTIF-Kumitat tar-Reviżjoni. Għal din ir-raġuni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet miċħuda minn kwalunkwe possibbiltà li tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xieraq sabiex tikseb protezzjoni ġudizzjarja (provviżorja) kontra d-deċiżjoni kkontestata. |