This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0593
Case C-593/14: Request for a preliminary ruling from the Vestre Landsret (Denmark) lodged on 19 December 2014 — Masco Denmark ApS and Damixa ApS v Skatteministeriet
Kawża C-593/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet
Kawża C-593/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet
ĠU C 73, 2.3.2015, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Masco Denmark ApS u Damixa ApSA vs Skatteministeriet
(Kawża C-593/14)
(2015/C 073/23)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Masco Denmark ApS u Damixa ApS
Konvenut: Skatteministeriet
Domandi preliminari
L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (li saru l-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 54 TFUE rispettivament), jipprekludi Stat Membru milli ma jagħtix eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, residenti fi Stat Membru ieħor, ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti minħabba r-regoli (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) fl-Istat Membru kkonċernat li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis tal-interessi mħallsa fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni, meta dan l-ewwel Stat Membru jagħti eżenzjoni fiskali għall-interessi riċevuti minn kumpannija residenti fil-każ li kumpannija residenti oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji ma tkunx tista’ tnaqqas mit-taxxa l-ispiża għall-ħlas tal-interessi korrispondenti skont ir-regoli nazzjonali (bħal dawk fis-seħħ f’dan il-każ) li jillimitaw it-tnaqqis ta’ tali spejjeż fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni?