Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0079

Kawża C-79/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl- 14 ta’ Frar 2014 – TUIfly GmbH vs Harald Walter

ĠU C 142, 12.5.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Frar 2014 – TUIfly GmbH vs Harald Walter

(Kawża C-79/14)

2014/C 142/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TUIfly GmbH

Konvenut: Harald Walter

Domandi preliminari

I.

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament ikopri wkoll “tluq antiċipat” mhux imħabbar ta’ titjira bil-konsegwenza li l-passiġġieri ma jkunux jistgħu jieħdu t-titjira inkwistjoni?

II.

Ir-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-kawża tad-dewmien ma hijiex deċiżiva?

III.

L-għan tar-Regolament, jiġifieri l-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn telf ta’ ħin, huwa wkoll affettwat meta l-passiġġier jasal iktar kmieni u meta l-ħin li huwa jkollu qabel it-titjira jiġi affettwat b’dan il-mod?

IV.

L-assenza ta’ komunikazzjoni li l-ħin tat-titjira ġie antiċipat, li kellha bħala konsegwenza li l-post tal-vaganzi ntlaħaq iktar tard milli previst, twassal għall-applikazzjoni tar-Regolament?

V.

L-għan tar-Regolament ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għandu jkollu l-konsegwenza li l-passiġġier ikun protett minn kull restrizzjoni tal-ħin fid-dispożizzjoni tiegħu, u dan ukoll fir-rigward ta’ tluq antiċipat?


(1)  Regolament (KE) Nruo261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Top