This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0052
Case C-52/14: Request for a preliminary ruling from the Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (Germany) lodged on 4 February 2014 — Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG v Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Kawża C-52/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl- 4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Kawża C-52/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl- 4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
ĠU C 142, 12.5.2014, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2014 – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
(Kawża C-52/14)
2014/C 142/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG
Konvenuti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Domandi preliminari
1) |
Fil-qasam tas-sospensjoni tal-preskrizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1) huma dawk li għandhom il-kompetenza fil-qasam tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri legali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn akkordawx il-mezzi finanzjarji? L-att tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri legali għandu jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura jew ta’ sanzjoni amministrattiva? |
2) |
Il-“persuna in kwistjoni” fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tista’ tkun ukoll impjegat ta’ impriża li jkun instema’ bħala xhud? |
3) |
“[K]walsiasi att [...] notifikat lill-persuna in kwistjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità” [it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95] għandu jipprevedi żball konkret imwettaq mill-manifattur taz-zokkor fir-reġistrazzjoni tal-produzzjoni taz-zokkor (settijiet ta’ fatti), li normalment huwa previst jew ikkonstatat biss fl-ambitu ta’ investigazzjoni regolarment imwettqa fil-kuntest ta’ organizzazzjoni tas-swieq? Rapport finali li jagħlaq l-investigazzjoni jew li jevalwa r-riżultati tal-investigazzjoni, li fiha ma ssir ebda mistoqsija oħra fir-rigward ta’ ċerti fatti, jista’ wkoll ikun “att ta’ investigazzjoni” notifikat? |
4) |
Il-kunċett ta’ “irregolaritajiet ripetuti” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jeżiġi li l-atti jew l-ommissjonijiet ikklassifikati bħala irregolaritajiet ikollhom rabta kronoloġika stretta sabiex ikun jista’ jibqa’ jitqies li hemm “repetizzjoni”? Fil-każ ta’ risposta affermattiva: Din ir-rabta kronoloġika stretta tonqos, inter alia, minħabba li l-irregolarità fir-reġistrazzjoni ta’ kwantità ta’ zokkor isseħħ biss darba matul sena taz-zokkor u din tiġi ripetuta biss matul is-sena taz-zokkor ta’ wara jew sena sussegwenti? |
5) |
L-element ta’ repetizzjoni fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jista’ ma jibqax jeżisti minħabba l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tal-kumplessità tal-fatti, ma ssuġġettawx lill-impriża għal investigazzjoni, skont il-każ għal investgazzoni regolari jew fid-dettall? |
6) |
Meta jibda jiddekorri t-terminu doppju ta’ preskrizzjoni ta’ 8 snin previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 fil-każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew repetuti? Dan it-terminu jibda jiddekorri fi tmiem kull att li għandu jitqies bħala irregolarità [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament], jew fi tmiem l-aħħar att repetut [it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament]? |
7) |
It-terminu dobbju ta’ 8 snin previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 jista’ jiġi sospiż b’atti ta’ investigazzjoni jew ta’ proċeduri legali mill-awtoritajiet kompetenti? |
8) |
Fil-preżenza ta’ settijiet ta’ fatti differenti li jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sussidji, it-termini ta’ preskrizzjoni li għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandhom jiġu ddeterminati b’mod distint għal kull sett ta’ fatti (irregolaritajiet)? |
9) |
Id-dekorrenza tat-terminu doppju ta’ preskrizzjoni fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tiddependi mill-għarfien li l-awtoritjaiet ikollhom tal-irregolaritajiet? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).