EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0514

Kawża C-514/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA, Wendel (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Deċiżjoni adottata wara l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tax-xerrej ta’ ċerti assi minħabba nuqqas ta’ indipendenza ta’ mandatarju — Artikolu 266 TFUE — Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament — Suġġett tal-kawża — Bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża — Effett retroattiv tagħha — Indipendenza tax-xerrej tal-assi ċeduti fil-konfront taċ-ċessjonarju)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA, Wendel

(Kawża C-514/14 P) (1)

((Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Deċiżjoni adottata wara l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tax-xerrej ta’ ċerti assi minħabba nuqqas ta’ indipendenza ta’ mandatarju - Artikolu 266 TFUE - Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament - Suġġett tal-kawża - Bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża - Effett retroattiv tagħha - Indipendenza tax-xerrej tal-assi ċeduti fil-konfront taċ-ċessjonarju))

(2016/C 106/09)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: J.-F. Bellis, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Mongin, aġenti), Lagardère SC (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure, J.-B. Pinçon u L. Bary, avukati), Wendel (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon, A. Gosset-Grainville, avukati, C. Renner, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Éditions Odile Jacob SAS għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA u Wendel.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015.


Top