EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0415

Kawża C-415/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello- Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf — Multa imposta fuq ir-rikorrenti wara proċedura ta’ arranġament — Ħlas bin-nifs tal-multa — Rekwiżit ta’ għoti ta’ garanzija bankarja f’bank b’rating “AA” ta’ terminu twil — Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello- Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-415/14 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf - Multa imposta fuq ir-rikorrenti wara proċedura ta’ arranġament - Ħlas bin-nifs tal-multa - Rekwiżit ta’ għoti ta’ garanzija bankarja f’bank b’rating “AA” ta’ terminu twil - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2016/C 106/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (rappreżentant: J. Calheiros, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u B. Mongin, aġenti, M. Marques Mendes, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-26 ta’ Ġunju 2014, Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni (T-564/10, EU:T:2014:583), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 388, 03.11.2014.


Top