Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0377

    Kawża C-377/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Praze – ir-Repubblika Ċeka) – Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová vs FINWAY a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 7 — Regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ta’ insolvenza — Djun li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur — Azzjoni ġudizzjarja effettiva — Punt 1(e) tal-anness — Karattru mhux proporzjonat tal-ammont tal-kumpens — Direttiva 2008/48/KE — Artikolu 3(l) — Ammont totali tal-kreditu — Punt I tal-Anness I — Ammont tal-ġbid ta’ kreditu — Kalkolu tar-rata perċentwali annwali globali — Artikolu 10(2) — Obbligu ta’ informazzjoni — Eżami ex officio — Sanzjoni)

    ĠU C 211, 13.6.2016, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Praze – ir-Repubblika Ċeka) – Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová vs FINWAY a.s.

    (Kawża C-377/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 7 - Regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ta’ insolvenza - Djun li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu lill-konsumatur - Azzjoni ġudizzjarja effettiva - Punt 1(e) tal-anness - Karattru mhux proporzjonat tal-ammont tal-kumpens - Direttiva 2008/48/KE - Artikolu 3(l) - Ammont totali tal-kreditu - Punt I tal-Anness I - Ammont tal-ġbid ta’ kreditu - Kalkolu tar-rata perċentwali annwali globali - Artikolu 10(2) - Obbligu ta’ informazzjoni - Eżami ex officio - Sanzjoni))

    (2016/C 211/10)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Krajský soud v Praze

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ernst Georg Radlinger, Helena Radlingerová

    Konvenuta: FINWAY a.s.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fi proċeduri ta’ insolvenza, minn naħa, ma tippermettix lill-qorti adita b’din il-proċedura li teżamina ex officio l-karattru potenzjalment inġust ta’ klawżoli kuntrattwali li krediti rreġistrati fil-kuntest tal-imsemmija proċedura joriġinaw minnhom, għalkemm din il-qorti jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa għal dan il-għan u li, min-naħa l-oħra, tawtorizza lill-imsemmija qorti tipproċedi biss għall-eżami tal-krediti mhux iggarantiti, u dan biss għal numru ta’ ilmenti limitati għall-preskrizzjoni jew għall-estinzjoni tagħhom.

    2)

    L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq qorti nazzjonali, adita b’tilwima dwar krediti li joriġinaw minn ftehim ta’ kreditu fis-sens ta’ din id-direttiva, l-obbligu li teżamina ex officio l-osservanza tal-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni u li tieħu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw fid-dritt nazzjonali għal ksur ta’ dan l-obbligu, sakemm is-sanzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva.

    3)

    L-Artikoli 3(l) u 10(2) tad-Direttiva 2008/48 kif ukoll il-punt I tal-Anness I ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ammont totali tal-kreditu u l-ammont tal-ġbid ta’ kreditu jinkludu s-somom kollha mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-konsumatur, li jeskludi dawk użati mis-sellief għall-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-kreditu inkwistjoni u li ma humiex effettivament mogħtija lil dan il-konsumatur.

    4)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi evalwat il-karattru għoli b’mod sproporzjonat, fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness ta’ din id-direttiva, tal-ammont tal-kumpens impost fuq il-konsumatur li ma jimplementax l-obbligi tiegħu, għandu jiġi evalwat l-effett kumulattiv tal-klawżoli kollha relatati ma’ dan li jinsabu fil-kuntratt inkwistjoni, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-kreditur jinsistix effettivament fuq l-implementazzjoni kompleta ta’ kull waħda minnhom u li, jekk ikun il-każ, huma l-qrati nazzjonali li għandhom, skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva, jieħdu l-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-konstatazzjoni tal-karattru inġust ta’ ċerti klawżoli, billi ma japplikawx dawk kollha li jinstab li huma inġusti, sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jkunx marbut bihom.


    (1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


    Top