Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0278

    Kawża C-278/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – SC Enterprise Focused Solutions SRL vs Spitalul Județean de Urgență Alba Iulia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Provvisti — Speċifikazzjonijiet tekniċi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni — Obbligu ta’ trasparenza — Riferiment għal prodott ta’ trade mark kummerċjali — Evalwazzjoni ta’ karattru ekwivalenti ta’ prodott propost minn offerent — Twaqqif ta’ manifattura ta’ prodott ta’ riferiment)

    ĠU C 198, 15.6.2015, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 198/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – SC Enterprise Focused Solutions SRL vs Spitalul Județean de Urgență Alba Iulia

    (Kawża C-278/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Provvisti - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ trasparenza - Riferiment għal prodott ta’ trade mark kummerċjali - Evalwazzjoni ta’ karattru ekwivalenti ta’ prodott propost minn offerent - Twaqqif ta’ manifattura ta’ prodott ta’ riferiment))

    (2015/C 198/19)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Alba Iulia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC Enterprise Focused Solutions SRL

    Konvenuta: Spitalul Județean de Urgență Alba Iulia

    Dispożittiv

    1 L-Artikolu 23(8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 1251/2011 tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Novembru 2011, ma huwiex applikabbli għal kuntratt pubbliku li l-valur tiegħu ma jkunx laħaq il-limitu applikabbli previst minn din id-direttiva. Fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku li ma jkunx suġġett għall-imsemmija direttiva, iżda li jkollu interess transkonfinali ċert, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ir-regoli fundamentali u l-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kontraenti ma tistax tiċħad offerta li tissodisfa r-rekwiżiti tal-avviż ta’ kuntratt u tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq raġunijiet li ma jkunux previsti f’dan l-avviż.


    (1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


    Top