EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз

Обратно към началната страница на EUR-Lex

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62014CA0241

Kawża C-241/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Roman Bukovansky vs Finanzamt Lörrach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Relazzjoni bejn dan il-ftehim u l-konvenzjonijiet bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja — Ugwaljanza fit-trattament — Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità — Ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea — Ħaddiema fruntalieri — Taxxa fuq id-dħul — Tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali — Konnessjoni fiskali — Nazzjonalità)

ĠU C 16, 18.1.2016г., стр. 10—11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Roman Bukovansky vs Finanzamt Lörrach

(Kawża C-241/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Relazzjoni bejn dan il-ftehim u l-konvenzjonijiet bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità - Ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea - Ħaddiema fruntalieri - Taxxa fuq id-dħul - Tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali - Konnessjoni fiskali - Nazzjonalità))

(2016/C 016/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Roman Bukovansky

Konvenut: Finanzamt Lörrach

Dispożittiv

Il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, u l-Artikolu 9 tal-Anness I ta’ dan il-ftehim, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja, bħall-Konvenzjoni tal-11 ta’ Awwissu 1971 bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif emendata bil-Protokoll ta’ reviżjoni tat-12 ta’ Marzu 2002, li permezz tagħha l-ġurisdizzjoni sabiex jiġi ntaxxat id-dħul mis-salarju ta’ persuna taxxabbli Ġermaniża li ma għandhiex in-nazzjonalità Svizzera, minkejja li din tal-aħħar ittrasferixxiet ir-residenza tagħha mill-Ġermanja lejn l-Isvizzera filwaqt li żammet il-post ta’ impjieg tagħha fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati, hija tal-Istat tas-sors ta’ dan id-dħul, jiġifieri r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, filwaqt li l-ġurisdizzjoni sabiex jiġi ntaxxat id-dħul mis-salarju ta’ ċittadin Svizzeru li jinsab f’sitwazzjoni analoga hija tal-Istat ta’ residenza l-ġdid, f’dan il-każ il-Konfederazzjoni Svizzera.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Нагоре