This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0198
Case C-198/14: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 12 November 2015 (request for a preliminary ruling from the Helsingin hovioikeus — Finland) — Valev Visnapuu v Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio — Tullihallitus (Reference for a preliminary ruling — Articles 34 TFEU and 110 TFEU — Directive 94/62/EC — Articles 1(1), 7 and 15 — Distance selling and transport of alcoholic beverages from another Member State — Excise duty on certain beverage packaging — Exemption where packaging is integrated into a deposit and return system — Articles 34 TFEU, 36 TFEU and 37 TFEU — Requirement of a licence for the retail sale of alcoholic beverages — Monopoly on the retail sale of alcoholic beverages — Justification — Protection of health)
Kawża C-198/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hovioikeus – il-Finlandja – Valev Visnapuu vs Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 TFUE u 110 TFUE — Direttiva 94/62/KE — Artikoli 1(1), 7 u 15 — Bejgħ mill-bogħod u trasport ta’ xorb alkoħoliku minn Stat Membru ieħor — Dazju tas-sisa fuq ċertu imballaġġ ta’ xorb — Eżenzjoni fil-każ li l-imballaġġ jagħmel parti minn sistema ta’ depożitu u ta’ restituzzjoni — Artikoli 34 TFUE, 36 TFUE u 37 TFUE — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku — Monopolju ta’ bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku — Ġustifikazzjoni — Protezzjoni tas-saħħa)

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hovioikeus – il-Finlandja – Valev Visnapuu vs Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus
(Kawża C-198/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 TFUE u 110 TFUE - Direttiva 94/62/KE - Artikoli 1(1), 7 u 15 - Bejgħ mill-bogħod u trasport ta’ xorb alkoħoliku minn Stat Membru ieħor - Dazju tas-sisa fuq ċertu imballaġġ ta’ xorb - Eżenzjoni fil-każ li l-imballaġġ jagħmel parti minn sistema ta’ depożitu u ta’ restituzzjoni - Artikoli 34 TFUE, 36 TFUE u 37 TFUE - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku - Monopolju ta’ bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa))
(2016/C 016/08)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hovioikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valev Visnapuu
Konvenuti: Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 110 TFUE kif ukoll l-Artikoli 1(1), 7 u 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi dazju tas-sisa fuq ċertu imballaġġ ta’ xorb, iżda tipprevedi eżenzjoni fil-każ li dan l-imballaġġ jagħmel parti minn sistema ta’ restituzzjoni operazzjonali. |
2) |
L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha bejjiegħ stabbilit fi Stat Membru ieħor huwa suġġett għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-bejgħ bl-imnut għall-importazzjoni ta’ xorb alkoħoliku bil-għan tal-bejgħ bl-imnut tiegħu lil konsumaturi residenti fl-ewwel Stat Membru, meta dan il-bejjiegħ jiżgura t-trasport ta’ dan ix-xorb jew jafda t-trasport tiegħu lil terz, sakemm din il-leġiżlazzjoni tkun adatta sabiex tiżgura t-twettiq tal-għan mixtieq, f’dan il-każ, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ordni pubbliku, sakemm dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’minn tal-inqas l-istess livell ta’ effettività permezz ta’ miżuri inqas restrittivi u sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tikkostitwixxix la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju |