Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0177

    Kawża C-177/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – María José Regojo Dans vs Consejo de Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat bejn CES, UNICE u CEEP — Klawżoli 3 u 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persunal “eventwali” — Rifjut milli tingħata allowance ta’ anzjanità li tingħata kull tliet snin — Raġunijiet oġġettivi)

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – María José Regojo Dans vs Consejo de Estado

    (Kawża C-177/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat bejn CES, UNICE u CEEP - Klawżoli 3 u 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Persunal “eventwali” - Rifjut milli tingħata allowance ta’ anzjanità li tingħata kull tliet snin - Raġunijiet oġġettivi))

    (2015/C 294/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: María José Regojo Dans

    Konvenuta: Consejo de Estado

    Dispożittiv

    1)

    Il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, fis-sens tal-klawżola 3(1) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikat għal ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.

    2)

    Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi, fl-assenza ta’ kull ġustifikazzjoni għal raġunijiet oġġettivi, il-persunal awżiljarju mid-dritt li jirċievi l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin mogħtija, b’mod partikolari, lill-uffiċjali stabbiliti, meta fir-rigward tal-għoti ta’ din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 253, 4.08.2014.


    Top