This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0543
Case T-543/13: Action brought on 4 October 2013 — Three-N-Products/OHIM — Munindra (PRANAYUR)
Kawża T-543/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (PRANAYUR)
Kawża T-543/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (PRANAYUR)
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/33 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Three-N-Products vs UASI — Munindra (PRANAYUR)
(Kawża T-543/13)
2013/C 367/59
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Colombo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell fil-Każ Nru R 638/2012-4 tal-25 ta’ Lulju 2013 fl-intier tagħha, u konsegwentement, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata PRANAYUR; |
— |
tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd; |
— |
tordna lil Munindra Holding B.V. tħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Privata Ltd. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “PRANAYUR” għal prodotti fil-klasssijiet 5 u 30 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 170 095
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “AYUR” u t-trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali “Ayur”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.