Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0537

    Kawża T-537/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2013 — Roeckl Sporthandschuhe vs UASI — Roeckl Handschuhe & Accessoires (rappreżentazzjoni ta’ id)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/33


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 — Roeckl Sporthandschuhe vs UASI — Roeckl Handschuhe & Accessoires (rappreżentazzjoni ta’ id)

    (Kawża T-537/13)

    2013/C 367/58

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Baumann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Lulju 2013 sa fejn din laqgħet parzjalment l-ilment tal-intervenjent u rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 18 (ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, u oġġetti magħmula minn dawn it-tipi ta’ materjal, b’mod partikolari portmonijiet, portafolli tal-but, portafolli taċ-ċwievet, inklużi fil-klassi 18) u fil-klassi 25 (ħwejjeġ, b’mod partikolari ingwanti, inklużi fil-klassi 25);

    tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell, u tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż tiegħu.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrapreżenta id, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Trade mark Komunitarja Nru 6 961 965

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Roeckl Handschuhe & Accessoires GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja figurattiva u t-trade mark Ġermaniża figurattiva “Roeckl”, li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ id, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċizjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top