Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0496

    Kawża T-496/13: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2013 — McCullough vs Cedefop

    ĠU C 344, 23.11.2013, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 344/61


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 — McCullough vs Cedefop

    (Kawża T-496/13)

    2013/C 344/113

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Colin Boyd McCullough (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: G. Matsos, avukat)

    Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tas-Cedefop, tal-15 ta’ Lulju 2013, li tiċħad lir-rikorrent l-aċċess għal ċerti dokumenti;

    tordna lis-Cedefop tipprovdi lir-rikorrent id-dokumenti mitluba;

    tawtorizza, skont l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-awtoritajiet nazzjonali Griegi jidħlu fil-postijiet u fil-bini tas-Cedefop, bil-għan li jsibu u li jipprovdu d-dokumenti inkwistjoni u bil-għan li jinvestigaw reati possibbli li setgħu twettqu minn xi persuna fir-rigward ta’ dan u

    tikkundanna lis-Cedefop għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li s-Cedefop kiser id-dritt tal-UE fid-deċiżjoni kkontestata permezz ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li s-Cedefop kiser id-dritt tal-UE permezz ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-imġieba tad-Direttur par interim tas-CEDEFOP hija minn tal-inqas diskutibbli, meta huwa jisħaq li huwa diskutibbli jekk il-minuti tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Tmexxija KMS, fost id-dokument mitluba, qatt eżistew, peress li huwa kien imissu kien jaf dwar l-eżistenza tagħhom (jew dwar in-nuqqas ta’ eżistenza tagħhom), peress li huwa kien Assistent Direttur tas-Cedefop għal perijodu twil (sena) li matulu dawn id-dokumenti kienu qegħdin jiġu prodotti. Din l-imġiba tirrendi neċessarja l-investigazzjoni tal-postijiet tas-Cedefop mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li s-Cedefop naqas milli jadotta modalitajiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001 u fuq il-fatt li r-Regoli Ddettaljati rispettivi, li l-Kummissjoni adottat għandhom jiġu applikati b’analoġija.

    (5)

    Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rifjut tas-CEDEFOP li jagħti aċċess għad-dokumenti mitluba jikser id-drittijiet tar-rikorrent bħala akkużat fi proċeduri kriminali.


    Top