EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0429
Case T-429/13: Action brought on 19 August 2013 — Bayer CropScience v Commission
Kawża T-429/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Awwissu 2013 — Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni
Kawża T-429/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Awwissu 2013 — Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 35–36
(HR)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/37 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/13)
2013/C 325/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u P. Harrison, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013, tal-24 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU L 139, p. 12); u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament Nru 1107/2009 (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ awtorizzazzjoni” u fuq il-fatt li l-miżura kkontestata hija għaldaqstant nieqsa minn bażi legali adatta peress li:
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata b’mod li kien jikser l-Artikolu 12(2) u l-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni, u ċaħdet l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti, peress li:
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni li l-Kummissjoni għamlet tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni meta adottat il-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u ksur tal-libertà tal-intrapriża, peress li:
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata wara proċedura li naqset milli tirrispetta d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, peress li:
|
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li:
|
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ prekawzjoni, peress li:
|
(1) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.