Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0355

    Kawża T-355/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Lulju 2013 — easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 34–34 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/44


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — easyJet Airline vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-355/13)

    2013/C 260/79

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. J. Werner u R. Marian, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2727 finali tat-3 ta’ Mejju 2013 fil-Każ COMP/39.869 — easyJet/Schiphol hija nulla; u

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi (interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1)) flimkien ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni (konklużjoni żbaljata li l-proċeduri nazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi kienu ekwivalenti għal dawk ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li kkunsidrat il-każ).

    (2)

    It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżit proċedurali essenzjali, jiġifieri tonqos milli tagħti raġunijiet xierqa għaċ-caħda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li r-rikorrenti ressqet għall-attenzjoni tagħha.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


    Top