Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0323

    Kawża T-323/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Pure Fishing vs EUIPO – Łabowicz (NANOFIL) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimanti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NANOFIL — Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea NANO — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 144, 8.5.2017, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 144/42


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Pure Fishing vs EUIPO – Łabowicz (NANOFIL)

    (Kawża T-323/13) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimanti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NANOFIL - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea NANO - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2017/C 144/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2013 (Każ R 1241/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. Łabowicz u Pure Fishing.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


    Top